Kronaka
Priġunier imut f’Mater Dei wara li pprova jneħħi ħajtu b’idejh f’Kordin

Miet priġunier ieħor fl-isptar Mater Dei wara li pprova jneħħi ħajtu b’idejh fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

TVM infurmat li l-priġunier huwa Nazzareno Mifsud ta’ 57 sena li kien qed jistenna li jiġi esradit lejn l-Istati Uniti fuq każ ta’ pedofelija. Mifsud kien ġie arrestat ġimagħtejn ilu fid-dar tiegħu f’San Pawl il-Baħar.

Il-każ żvolġa għall-ħabta tal-5.00 ta’ waranofsinhar illum, meta uffiċjal korrettiv induna b’dak li pprova jagħmel il-priġunier u tah l-ewwel għajnuna fiċ-ċella.

Fi stqarrija l-Aġenzija tas-Servizzi Korrettivi qalet li r-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat mejjet għall-ħabta tas-6.00 ta’ filgħaxija.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

Ara wkoll:

Raġel arrestat f’Malta fuq abbużi sesswali fl-Istati Uniti