Barranin
Prim Ministru ġdid għall-Greċja

Fil-Greċja, il-Partit fl-Oppożizzjoni, dak taċ-ċentru lemin New Democracy, rebaħ l-elezzjoni ġenerali. Hekk kif ingħaddu l-maġġoranza tal-voti, il-Prim Ministru Alexeis Tsipras iddikjara t-telfa tiegħu kontra r-rival Kyriakos Mitsotakis. Il-Partit rebbieħ kiseb id-39.8% tal-voti filwaqt li dak ta’ Tsipras kiseb il-31.6%.

Jidher li l-partit taċ-ċentru lemin kiseb il-maġġoranza assoluta li se jfisser li se jkollu ħamsin siġġu iktar fil-parlament. Il-Prim Ministru elett qal lil massa ta’ nies f’Ateni, li b’dan ir-riżultat ngħata l-mandat għall-bidla li hemm bżonn fil-pajjiż. Kyriakos Mitsotakis qal li se jkun il-mexxej tan-nies kollha hekk kif fil-pajjiż hemm bżonn tal-għaqda.

L-ammont ta’ nies li ħarġu jivvutaw kien dak ta’ 57%, waħda mill-agħar konkorrenzi li qatt kellu dan il-pajjiż.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Inqatgħu l-linji tat-telekomunikazzjoni kif ukoll l-elettriku fil-belt kapitali tal-Greċja hekk kif ftit tal-ħin ilu nħass terremot qawwi fiż-żona. Bosta persuni ħarġu jiġru fit-toroq bħala prekawżjoni. It-terremot immarka 5.3 fuq l-iskala…

Kurżitajiet

Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali qajjem furur fost dawk li ta’ spiss jivvjaġġaw bl-ajruplan. Fil-filmat jidher raġel li ma ddejjaq xejn jinża ż-żarbun biex juża’ saqajh u jinnaviga fuq touchscreen…

Barranin

Raġel ta’ 60 sena baqa’ skantat hekk kif induna li fuq pakkett tas-sigaretti tefgħu ritratt ta’ siequ maqtugħa bħala twissija kontra t-tipjip u l-perikli li jġib miegħu. Ir-raġel, li jgħix…

Teknoloġija

Huma bosta dawk li fuq il-Facebook qed itellgħu r-ritratt tagħhom ta’ kif se jkunu qed jidhru fil-ġejjieni. Iżda kemm hu għaqli li tagħmel dan? Xi tkun qed tagħmel eżatt meta…

Aktar