Familja Rjali
Prinċep Philip jiddeċiedi li ma jsuqx aktar

Id-Duka ta’ Edinburgh, il-Prinċep Philip, mhux se jsuq aktar wara l-inċident li kellu x-xahar li għadda. Skont il-Palazz Buckingham, din kienet deċiżjoni li l-Prinċep Philip ħa minn jeddu. Ftit tal-ġimgħat ilu, il-Prinċep, li għandu 97 sena, ħelisha ħafif hekk kif il-Land Rover li kien qed isuq inqalbet wara ħabta ma’ vettura oħra qrib ir-residenza rjali f’Sandringham. Fl-inċident kienu ndarbu żewġ nisa.

Il-Prinċep Philip qal li fl-inċident ma setax jara sew minħabba x-xemx. Jumejn wara l-inċident, il-pulizija wissietu wara li nqabad isuq mingħajr ċinturin tas-sigurtà.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Papa Franġisku ddikjara ħames qaddisin ġodda, fosthom wieħed mill-iktar personaġġi influwenti tas-seklu 19 . . . il-Kardinal John Henry Newman. Il-Kardinal Newman jibqa’ mfakkar l-iktar għall-fatt li kien Anglikan ferventi,…

Barranin

Sitta u għoxrin persuna mietu, 18 għadhom irrapportati nieqsa u aktar minn 170 ruħ indarbu fl-agħar maltempata fil-Ġappun fl-aħħar 60 sena. It-tifun Hagibis laqat Tokyo is-Sibt, b’riħ qawwi b’veloċità ta’…

Barranin

Żewġ persuni tilfu ħajjithom u 18 oħra jinsabu midruba wara li ċediet parti mil-lukanda Hard Rock, f’New Orleans. Fil-lukanda kienu qed isiru xi xogħlijiet meta ċediet parti minnha. Kawża tal-inċident,…

Barranin

Fil-Polonja fetħu l-postijiet tal-votazzjoni fejn il-Pollakki mistennija jagħtu mandat ieħor lill-partit tal-Ġustizzja u Liġi Nazzjonali, PiS, li potenzjalment se jkompli jkabbar l-iżolament tal-pajjiż għax tkompli tikber it-tensjoni mal-Unjoni Ewropea minħabba…

Aktar