Kurżitajiet
Prinċipessa Olandiża tirrifjuta €1.6 miljun fis-sena mill-Istat

Il-Prinċipessa Olandiża Catharina Amalia rrinunzjat għad-dritt li meta tagħlaq 18-il sena l-Istat jibda jagħtiha €1.6 miljun fis-sena.

Il-prinċipessa ta’ 17-il sena,  tagħlaq 18-il sena f’Diċembru, hija l-ewwel wild tar-Re Willem Alexander u Maxima u meqjusa bħala l-eredi għat-tron.

F’ittra li kitbet lill-Prim Ministru Olandiż Mark Rutte hija nfurmatu li kienet qed tirrinunzja għall-imsemmi ħlas.

Hija sostniet li ma setgħetx tieħu din is-somma meta ħafna studenti oħra kienu għaddejjin minn perjodu diffiċli minħabba l-Covid-19.

“Insibha skomda li m’għamilt xejn u nieħu din is-somma. Irrid nieħu xi ħaġa għax ikun ħaqqni u mhux għalxejn”.

Il-Prinċipessa Catharina Amalia  hija l-ewwel membru tal-Familja Rjali Olandiża li rrifjutat dan il-ħlas.