X

Pro Malta Christiana tgħid li hi parti mill-Knisja

Kelliem għall-Pro Malta Christiana saħaq li huma parti mill-Knisja għax il-membri tagħha huma Kattoliċi prattikanti u għax is-soċjetà Maltija hija ispirata mit-tradizzjonijiet u mid-duttrina morali tal-Knisja Kattolika Rumana.

Huwa kien qed jikkumenta dwar ir-reazzjoni tal-Knisja Maltija fuq l-attività organizzata minn dan il-grupp.  Il-grupp se jinġabar il-Belt Valletta biex jitlob it-talba tar-rużarju “b’riparazzjoni għal Malta Gay Pride u l-Aġenda LGBT”.

Kelliema għall-Knisja f’Malta kienet qalet ma’ TVM li l-għaqda msemmija ma tiffurmax parti mill-Knisja f’Malta u kull persuna għandha terfa’ r-responsabbiltà tal-azzjonijiet tagħha. Hija qalet li l-Knisja tirrispetta lill-persuni ta’ kull orjentazzjoni sesswali u tagħraf id-dinjità ta’ kull wieħed u waħda minnhom. Sostniet li għall-Knisja kull persuna hi għażiża.

Għal dan Pro Malta Christiana wieġbet li l-Knisja Maltija għandha terfa’ r-responsabbiltà li konvenjentament tinjora t-tagħlim soċjali u morali tal-Knisja dwar l-omosesswalità biex tkun politikament korretta.

Ara wkoll:

Il-Knisja tiddisassoċja ruħha minn talb li se jsir lejlet il-Malta Gay Pride

av :