Qorti
Probation għall-ewwel raġel f’Għawdex evalwat mill-bord ta’ rijabilitazzjoni mid-droga

Raġel tpoġġa taħt ordni ta’ probation, f’dak li huwa l-ewwel każ li deher quddiem il-Qorti t’Għawdex wara li kien evelawat mill-Bord ta’ Rijabilitazzjoni għal Persuni li Nqabdu bid-Droga.

Ir-raġel, li għandu 35 sena u jgħix in-Nadur, kien instab ħati ta’ traffikar u pussess ta’ kokaina u mephedrone, kif ukoll li huwa riċediv. Ir-reati jmorru lura għal Frar 2012.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Joseph Mifsud, ikkunsidrat ir-rapport tal-bord, li ddikjara li huwa sodisfatt bil-proċess ta’ rijabilitazzjoni tal-akkużat li ntemm b’suċċess.

Il-Qorti għalhekk ikkonkludiet li piena ta’ ħabs ma kinitx f’lokha, u minflok poġġiet lir-raġel taħt ordni ta’ probation għal sena.

TVM infurmat li attwalment hemm ħames persuni oħra f’Għawdex li qegħdin jiġu evalwati minn dan il-bord.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

F’park tal-annimali fl-Imtaħleb is-sidien Christopher Borg u Oksana qisha twieldet tarbija ġdida fil-park, din id-darba l-ewwel ferħ tal-koppja orsijiet Yoggi u Paddy. Yoggi li hija l-ors femminili u Paddy li…

Knisja Maltija

L-Arċisqof Charles J Scicluna qal li Malta għandha bżonn is-solidarjetà ta’ kulħadd. L-isqfijiet Maltin qed jattendu konferenza f’Bari dwar l-immigrazzjoni u l-paċi fil-mediterran. F’intervista qabel il-konferenza, l-Arċisqof Scicluna qal li…

Unjoni Ewropea

Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea se jfisser mas-sittin biljun ewro inqas fil-Budget li jmiss tal-Unjoni Ewropea li jkopri s-seba’ snin li ġejjin. Il-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel qed jipproponi li…

Politika

Il-Partit Nazzjonalista permezz tal-kelliem tiegħu Edwin Vassallo wera tħassib li fi kliemu għexieren ta’ bdiewa se jiġu żgumbrati mill-għelieqi tagħhom biex issir estensjoni tal-miżbla fil-Magħtab. Huwa qal dan wara l-avviż…

Aktar