Qorti
Probation wara li ġibdet €60,000 mill-card tal-bank tal-ġenituri tagħha

Mara minn Tas-Sliema ġiet immultata elf ewro u tpoġġiet fuq probation wara li nstabet ħatja li użat il-card tal-bank tal-ġenituri tagħha biex tiġbed €60,000 fuq perjodu ta’ tliet xhur.

Il-każ seħħ is-sena l-oħra. Joelle Galea ta’ 34 sena ġiet akkużata li ġibdet il-flus mingħajr il-kunsens tal-ġenituri tagħha.

Fil-Qorti, il-ġenituri tagħha ħafru lil binthom. L-akkużata ġiet mixlija wkoll b’pussess ta’ kannabis u ecstasy. Hija ammettiet l-akkużi. Il-Maġistrat Charmaine Galea osservat li Joelle Galea bdiet tagħmel progress biex tegħleb il-vizzju tad-droga u wissietha li dan kien se jkun l-uniku ċans biex tibqa’ sejra fit-triq it-tajba. Hija tpoġġiet fuq probation ta’ tliet snin.

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar