Lokali
Prodotti agrikoli Maltin se jiġu ċċertifikati għall-kwalità tagħhom

Diversi prodotti agrikoli Maltin se jikkwalifikaw biex ikollhom tikketta ta’ kwalità ogħla minn dak rikjest mill-Unjoni Ewropea fi skema msejħa “Prodott ta’ Kwalità”. Fuq dawn il-prodotti ser ikun hemm tikketta li tingħata biss wara ċertifikazzjoni li l-produtturi mxew mal-kriterji stabbiliti.

Wara xhur twal ta’ xogħol u ppjanar, is-Segretarjat Parlamentari tal-Agrikoltura nieda l-iskema “Prodott ta’ Kwalità” li ser tagħti marka ta’ kwalità lill-prodotti agrikoli Maltin fis-suq lokali. Wara konsultazzjoni pubblika, id-Direttorat għall-Agrikoltura ħejja l-qafas legali u ddentifika kriterji li bihom ser ikunu eżaminati l-prodotti li jipproduċu r-raħħala u l-produtturi.

L-uffiċjal tad-direttorat tal-agrikoltura Marco Dimech spjega li oqsma li ser jibbenefikaw mill-iskema huma l-produzzjoni tal-ħalib u l-għasel u tal-ipproċessar tat-tadam u tal-prodotti tal-majjal.

Huwa ħeġġeġ li l-produtturi oħra fis-settur agrikolu biex jaħdmu mad-Direttorat biex huma ukoll jkunu jistgħu jiksbu it-tiketta tal-Prodott tal-Kwalità wara li jkunu dentifikati l-kriterji għall-evalwazzjoni tagħhom. Is-Sur Dimech qal li l-produtturi li jidħlu fl-iskema mhu ser joħorġu ebda spejjeż għax dawn ser ikunu iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea. Huwa qal li b’dan il-mod il-konsumaturi ser ikollu tikketta li turihom li dawn il-prodotti huma ta’ kwalità ogħla minn dak stabbilit bil-liġi.

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Agrikoltura Clint Camilleri qal li permezz ta’ din l-ewwel skema tat-tip tagħha ser jgawdu l-produtturi u l-konsumanturi.

Dawk kollha interessati li l-prodotti tagħhom jingħataw din il-marka ta’ Prodotti ta’ Kwalità jistgħu japplikaw permezz tas-sit elettroniku ikeltakwalita. gov.mt

 

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Fondazzjoni RISE ser tiftaħ it-tieni dar għall-priġunieri li waslu fl-aħħar sena biex jiskontaw is-sentenza. Il-Fondazzjoni għandha programm li jgħin b’ħiliet biex jintegraw fis-soċjetà meta jiskuntaw is-sentenza. Il-Ministru Michael Farrugia qal…

Partit Laburista

Il-Partit Laburista permezz tal-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana u l-kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Alex Agius Saliba qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia huwa maqtugħ mir-realtà u ma jafx x’qed jiġri…

Lokali

Reċta dwar l-immigrazzjoni kellha titħassar minħabba li wieħed mill-atturi ma kellux il-viża biex jiġi Malta. Phosphoros Theatre kienet kostretta li tħassar ir-reċta f’Malta minħabba li attur minnhom ma applikax għall-viża….

Annimali

Għas-Supretendent Mario Haber is-sejba ta’ kelb mejjet u erbat iqtates ħajjin fid-dar ta’ mara mejta f’San Pawl il-Baħar “kien każ uniku”. Is-Supretendent Haber tkellem ma’ Moira Delia dwar x’sabu l-Pulizija…

Aktar