Konsumatur
Prodotti bis-sale jistgħu jitħallsu bil-vouchers?

Konsumatur li għamel kuntatt ma’ tvm.com.mt, qasam l-esperjenza tiegħu dwar il-vouchers li mar biex juża f’negozju li jbigħ prodotti tad-ditta f’Tas-Sliema. Qal li meta mar sabiex iħallas għall-prodott li xtaq jixtri, l-impjegata fil-ħanut għarfitu li ma setax juża l-voucher fuq prodotti bis-‘sale’.

Il-konsumatur ħassu urtat għaliex qal li huma ħafna n-nies li jistennew is-‘sale’ sabiex jixtru prodotti ta’ kwalità tajba bi prezz raġonevoli u l-Gvern qed jagħti dawn il-vouchers biex in-nies fin-negozju jerġgħu iqumu fuq saqajhom malli l-pubbliku jerġa’ jibda joħoroġ u jonfoq il-flus.

Ma’ tvm.com.mt dan il-konsumatur saħaq li ċ-ċittadin għandu d-dritt li jagħżel hu fiex irid isarraf il-vouchers u n-negozji m’għandhomx jimponu fuq liema prodotti jistgħu jintużaw il-vouchers u fuq liema ma jistgħux.

Sorsi qrib il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar qalu lil tvm.com.mt li l-Gvern qed jagħti €44 miljun f’vouchers lill-poplu biex jużahom kif jixtieq u jrid jiġi min-negozji nfushom li jaċċettawhom u jaqdu lill-klijenti tagħhom.

Infurmati li huma bosta n-negozji qed jagħmlu offerti tajbin biex in-nies jagħżlu li jonfqu l-vouchers għandhom. B’dawn l-offerti, l-impatt fuq l-ekonomija mistenni jkun akbar għaliex il-konsum domestiku jikber aktar minn €44 miljun.

L-istess sorsi qalu li n-negozji huma mħeġġa jidħlu fis-sistema u jaċċettaw il-vouchers li huma ekwivalenti għall-flus. S’issa hemm aktar minn 4,000 negozju li diġà qed juża l-app u qed jaċċettaw dawn il-vouchers kuljum.

Tista’ tara l-lista tan-negozji li jaċċettaw il-vouchers minn hawn.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi tmiem laqgħa tal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela, qal li l-Kunsill qabel fuq għadd ta’ punti b’eċċezzjoni għall-Assoċjazzjoni Medika li ma tridx li jsiru attivitajiet bħal…

Kultura

Giuseppe Calì għandu rabta qawwija mal-Knisja tad-Dumnikani fil-Belt, mhux biss b’xogħlijiet ta’ arti tiegħu imma għax tgħammed u għammed lil uliedu f’din il-knisja. Fl-aħħar sena u nofs sar xogħol ta’…

Ambjent

L-għawwiema din is-sena wisq probabbli li qed jirnexxielhom jiskansaw xi tniggiża minn xi brama. Dan minħabba li l-klima sħuna ta’ din is-sena wasslet biex il-qatgħet ta’ bram jidħol qabel beda…

Infrastruttura

Il-proġett tal-parkeġġ pubbliku f’Birżebbuġa, biswit il-Port Ħieles, daħal fil-fażi tal-evalwazzjoni. Fi stqarrija l-Gvern qal li tmien kumpaniji wrew l-interess tagħhom f’dan il-proġett, li se jsir b’investiment ta’ €3.2 miljun mill-Ministeru…

Aktar