Produzzjonijiet artistiċi mxandra fuq it-televiżjoni Maltija mill-MCC b’kollaborazzjoni ma’ EUFSC

Iċ-Ċentru Mediterranju għall-Konferenzi (MCC) u l-Fondazzjoni Ewropea għall-Appoġġ tal-Kultura (EUFSC) huma magħrufa għax-xogħol ta’ kwalità għolja li jagħmlu b’risq il-kultura u l-arti, kemm f’pajjiżna kif ukoll internazzjonalment.

Matul l-aħħar snin saru ħafna kollaborazzjonijiet bejn dawn l-organizzazzjonijiet madankollu, minħabba l-pandemija COVID-19, bħal ħafna oħrajn ġew sfurzati jadattaw għall-klima attwali u għalhekk kellhom jiġu kanċellati bosta avvenimenti pjanati. Bi tweġiba għall-pandemija, l-MCC iddeċidiet li tadatta l-proġetti attwali tagħha biex josservaw ir-restrizzjonijiet imposti mill-awtoritajiet tas-saħħa. Għalhekk ġie ngaġġat Direttur tal-Mużika biex jirrekordja u jiffilmja wħud mill-aktar xogħlijiet importanti bl-orgni komposti minn JS Bach fuq l-orgni Walcker fil-knisja magħrufa bħala ‘Mother of Good Counsel’ f’Paceville.

Dan il-proġett qiegħed isir b’kollaborazzjoni bejn iċ-Ċentru Mediterranju għall-Konferenzi u l-komunità Agostinjana f’Paceville. Minbarra x-xogħolijiet komposti minn Bach, ir-repertorju ppreżentat se jkollu wkoll xogħolijiet ta’ kompożituri kontemporanji Maltin, inkluż premiere mondjali ta’ Tryptich li għadu kemm ġie kkummissjonat, xogħol ta’ Alex Vella Gregory.

Dawn il-produzzjonijiet se jixxandru fuq it-televiżjoni Maltija, bħala parti mill-politika tal-MCC u l-EUFC biex iżidu l-aċċessibilità tal-kultura għall-pubbliku ġenerali.