Saħħa
Proġett biex iktar nies imorru bil-pass minn post għall-ieħor

Walking Malta huwa proġett ta’ riċerka li ilu għaddej sentejn mill-Istitut tal-Università dwar it-tibdil fil-klima u l-iżvilupp sostenibbli bl-appoġġ tal-Kunsilli Lokali ta’ Msida, Gżira, Birkirkara u San Ġwann. Permezz ta’ dan il-proġett, fil-kampus tal-Università ta’ Malta u f’dawn l-erba’ lokalitajiet, twaħħlu tabelli informattivi bid-dettalji tad-distanza li kull waħda minn dawn il-lokalitajiet sal-Università, kemm jekk wieħed jiddeċiedi li jmur bil-pass jew bir-rota.

Kif spjegat id-Direttur tal-Istitut tat-Tibdil fil-Klima u l-Iżvilupp Sostenibbli, il-Professur Maria Attard, fuq it-tabelli hemm QR Codes biex dak li jkun ikun jista’ jaċċessa l-iktar rotta sigura u komda biex jasal minn post għall-ieħor.

“Il-Kunsilli Lokali urew interess ħafna fil-proġett meta għednilhom li din se tikkontribwixxi biex tnaqqas il-problema tat-traffiku u tal-parking madwar l-Università. Dawn huma kunsilli li kollha jbatu minnha din il-problema għax ikun hemm naqra spill over. Ħafna minnhom aċċettaw li ninstallaw dawn it-totem poles fil-lokalitajiet tagħhom, oħrajn se jżidu l-infrastruttura, u jaħdmu għal safe infrastructure għal min jixtieq jimxi u juża r-rota.”

L-istudent Carlos Canas, li qed jaħdem fuq dan il-proġett, spjega li permezz tal-website ta’ Walking Malta, dak li jkun jista’ mhux biss jaċċessa r-rotot alternattivi, imma jara fid-dettall ir-rotta, fosthom jekk fihiex tlajja’. Qal li permezz ta’ din il-website, wieħed jista’ jara l-kummenti ta’ dawk li jkunu diġa imxew dawn ir-rotot.

Il-Pro Rettur tal-Universita’, l-professur Carmen Sammut, faħħret din l-inizjattiva u sostniet li dawn it-tabelli jgħinnu biex wieħed jifhem li mill-Università għal ċertu lokalitajiet m’hemmx daqshekk bogħod jekk wieħed jiddeċiedi li jimxiha.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Is-soltu, tard filgħaxija nhar il-Ġimgħa l-Kbira, diversi purċissjonijiet ikunu bdew deħlin lura fil-Knejjes wara li jterrqu fil-qalba tal-bliet u l-irħula. Din is-sena, iżda it-toroq battala. Minflok, saret biss Via Crucis …

COVID-19

Fl-aħħar snin, fil-lejl bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira, kienet issir il-mixja għall-Fondazzjoni Puttinu Cares. Din kienet waħda mill-ħafna attivitajiet li tħassru minħabba l-pandemija tal-COVID-19 li qed iżid mal-piż li…

Kronaka

Illum, fil-Ġimgħa l-Kbira, il-Pulizija ħarġet total ta’ 59 multa lil persuni li kienu qed jiksru l-liġi billi nġabru barra f’qaqoċċa. Skont l-avviż legali LN 112/113 huwa illegali li f’post pubbliku jkun…

Lokali

Il-pandemija ħarbtet ir-rutina tax-xogħol ta’ bosta. Ħafna ħaddiema spiċċaw jaħdmu mid-dar bit-teleworking. Mhux kulħadd iżda jista’ jagħmel dan fosthom il-ħaddiema fl-isptar fejn żiedet il-pressjoni fuq l-infermiera u t-tobba fost oħrajn….

Aktar