Kultura
Proġett li jiġbor dak kollu li seħħ f’Malta fl-aħħar 600 sena

Investiment ta’ ħames miljun ewro għandu jwassal biex l-arkivji notarili, sal-aħħar tas-sena d-dieħla, jiddokumenta dak kollu li seħħ f’Malta fl-aħħar sitt mitt sena. Il-proġett li qed isir minn fondi Ewropej mistenni li jkun lest sal-aħħar tas-sena d-dieħla.

Proġett estensiv li ser jgħaqqad żewġ binjiet fi Triq San Paul u Triq San Kristofru fil-Belt, l-Arkivji Notarili ser ikollu faċilitajiet ġodda bħala parti mill-ħarsien tal-partrimonju storiku miżmuma f’dawn l-arkivji. Wara li sar ir-restawr tal-faċċata issa beda x-xogħol fuq ġewwa fejn hemm madwar 20,000 volum notarili li jmorru lura sas-seklu 15. Il-Perit Jean Frendo inkarigat mill-proġett qal li daċ-ċentru notarili ser ikun mhux biss depożitorja għall-arkivji iżda fost oħrajn binja fejn issir ir-riċerka f’dawn id-dokumenti imprezzabbli.

”Din il-binja ser tkun iċ-ċentru tal-attività, ser ikun hawn ċentru tal-viżitaturi, mużew, kamra għal-lectures, sala għall-qari, laboratorju għall-konservazzjoni tal-karta, digitalization room u uffiċini għal min ikun qed imexxi l-post.”

Il-Minsitru Owen Bonnici qal li l-arkivji għandhom importanza kbira u l-Gvern qed jinvesti ħalli jikkonserva l-arkivji notarli għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.

”Inkunu nafu d-drawwiet tal-antenati tagħna u tista’ tieħu ritratt tal-istorja ta’ pajjiżna. Hemm dokumenti importanti ħafna fosthom id-dokumenti li bihom ingħatajna l-George Cross, l-ewwel poeżija min-nutar Pietru Caxaru, huma kollha xogħol li rridu nieħdu ħsieb u allura ddeċidejna li ninvestu flus minn fondi Ewropej.”

Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia qal liċ-Ċentru Notarili jsir mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Dr Farrugia qal li l-Unjoni Ewropea qed tagħti importanza kbira lill-kultura tant li ser tibni network ta’ esperti biex jgħinu lill-pajjiżi jikkonservaw il-wirt kulturali tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li mhemm l-ebda każ ġdid għal-lum ta’ Coronavirus f’Malta. Tħabbar ukoll li 14-il persuna oħra ġew imfejqa mill-virus biex b’hekk it-totla ta’ mfejqa s’iss jitla’ għal 576…

Lokali

Id-destin tal-ponta ta’ Paceville reġa’ jinsab fl-arena ta’ argumenti favur u kontra l-iżvilupp propost mill-grupp DB. Il-Moviment Graffitti b’koalizzjoni ta’ għaqdiet u tliet kunsilli lokali ddikjara li anke l-pjanti riveduti…

Lokali

L-MUT ordnat tilwima industrijali mal-Gvern u ordnat direttivi sabiex fi kliemha tħares is-saħħa u s-sigurtà tal-membri. Fi stqarrija, l-MUT qalet li ma ġiet involuta bl-ebda mod fid-diskussjonijiet dwar id-deċiżjoni mill-Gvern…

Għawdex

B’investiment ta’ €130,000 waslu fl-aħħar stadju tagħhom ix-xogħlijiet fuq l-għassa ta’ Marsalforn, biex fi ftit tax-xhur oħra tkun tista’ taqdi aħjar lir-residenti u l-eluf li jżuru l-lokalità speċjalment fix-xhur tas-sajf….

Aktar