Lokali
Proġett pilota għall-kameras tas-sigurtà għall-anzjani

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva beda proġett pilota maħsub biex jagħti serħan tal-moħħ akbar lill-anzjani fid-djar residenzjali biex b’aktar sigurtà jkunu jistgħu jindukraw flushom u l-oġġetti prezzjużi tagħhom u b’hekk jonqos każi allegati ta’ serq ta’ dawn l-oġġetti.

Anzjani li jgħixu fid-djar tal-anzjani stqarrew li jħossu nuqqas ta’ sigurtà għall-oggetti prezzjużi tagħhom bħal flus, deheb u affarijiet sentimentali. Dan ħareġ li sar mill-Università s-sena li għaddiet fost l-anzjani fid-djar residenzali kif ukoll minn rapporti li l-awtoritajiet jirċievu mill-anzjani infushom kif ikkonferma id-direttur tad-dipartiment tal-anzjanità attiva Patrick Vella.

Patrick Vella qal “alleggazzjonijiet dejjem ikun hemm ġieli jkunu vera ġieli jkunu le, ttieħedet din l-inizjattiva biex l-anzjan ikollu moħħu mistrieħ għall-affarijiet prezzjużi”.

Għal dan il-għan is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva beda jindirizza din il-problema bi proġett pilota fid-dar tal-anzjani tal-Floriana b’ħamsin ‘safe’ fejn l-anzjani jistgħu jżommu maqfula l-oġġetti prezzjużi tagħhom. Barra minn hekk, sar ukoll investiment fil-kameras tas-sigurtà għall-kurituri tad-dar u fuq barra.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis qal li l-ħsieb hu li mat-3,000 anzjan li jgħixu fid-djar residenzjali jiġu offruti safe kull wieħed. Qal li f’kull dar se jsiru kameras tas-sigurtà, biex f’każ li jiġi rrapurtat xi serq, tiġi ffaċilitata l-investigazzjoni tal-każ.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Mandy Vella li għandha 24 sena biss qed tgħix bi tbatija kbira minħabba li tbati b’Cystic Fibrosis. Hija tgħid li din qed taffettwalha l-pulmun u l-firxa, tbati bil-qtugħ ta’ nifs…

Avjazzjoni

Fl-istorja Maltija tal-avvjazzjoni, l-1969 ma kinitx l-isbaħ paġna. F’temp ta’ tliet xhur, nofs seklu ilu, seħħew żewġ disgrazzji tal-ajru b’ajruplani militari. L-istorja tagħhom hija fost kważi elf inċident tal-ajruplan li…

Lokali

Il-Fondazzjoni Blue Light, imwaqqfa mis-Surġent Simon Schembri mistennija tiftaħ l-ewwel dar tagħha biex tilqa’ fiha uffiċjali tal-forzi dixxiplinati li jweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Il-Ħadd filgħodu f’Ħal Safi saret attività…

Għawdex

Dalgħodu f’Dar Arka, Għajnsielem, saret quddiesa mmexxija mill-Isqof ta’ Għawdex, Mario Grech bħala talba ta’ radd il-ħajr lil Alla fi tmiem il-mandat tal-President Marie-Louise Coleiro Preca. Fi kliem il-President, l-Ewkaristija…

Aktar