Kultura
Proġett ta’ restawr għall-kappella ta’ Santu Kristu f’Ħal Għaxaq

Kappella kbira fuq barra ta’ Ħal-Għaxaq dedikata lil Santu Kristu se tgħaddi minn taħt idejn restawraturi fi proġett ieħor li se jidħol għalih id-Direttorat tar-Restawr fil-Ministeru tal-Kultura.

Il-kappella nbniet aktar minn 160 sena ilu fuq il-post fejn kien hemm niċċa dedikata lil Santu Kristu. L-interventi ta’ restawr se jsiru l-iżjed fuq barra, fejn f’ċerti partijiet akkumulaw ħmieġ u qoxra sewdenija, u f’partijiet oħra l-wiċċ tal-ġebla tmermer. Xogħol dekorattiv li hu skolpit fil-ġebla u li maż-żmien intilef jew tmermer se jinbidel bl-użu ta’ mudelli apposta.

Il-Ministru Owen Bonnici qal li x-xogħol se jsir bħala parti minn skema li fiha l-Kunsilli Lokali jipproponu proġetti ta’ restawr fil-lokalitajiet taghhom. Huwa qal li dan hu parti mill-impenn tal-gvern lejn il-prodott kulturali fil-lokalitajiet.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

F’vidjo li qed jiċċirkola fuq il-midja soċjali, raġel jidher iwaddab il-petrol fuq karozza u jġibha ħuġġieġa nar. Kelliema għall-Pulizija ikkonfermat ma’ tvm.com.mt li l-każ seħħ il-Ħadd fit-tlieta neqsin kwart ta’…

Tfal

Ġimgħatejn ‘l bogħod mill-Milied, il-professjonisti u l-ħaddiema tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, l-FSWS sibnihom iħejju wħud mill-mijiet ta’ rigali li rċevew mingħand għexerien ta’ benefatturi li laqgħu l-istedina tal-Aġenzija Appoġġ…

Saħħa

Investiment ta’ nofs miljun ewro se jwassal għal-riforma fis-servizz respite għall-familji li jieħdu ħsieb l-anzjani qraba tagħhom f’darhom stess. Is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis qal…

Annimali

BirdLife Malta varat kampanja biex il-pubbliku jibda jirrapporta l-‘bird callers’ – apparat elettroniku li jagħmel ħoss ta’ tisfir tal-għasafar u jintuża għall-kaċċa u l-insib. Fi stqarrija BirdLife saħqet li din…

Aktar