Toroq
Proġett ta’ żewġ flyovers fl-Imsida biex bihom ma jibqax il-bżonn tat-traffic lights

Infrastructure Malta ser tibni żewġ flyovers oħra ta’ 175 metru -il waħda fl-iktar parti traffikuża tal-Imsida biex bihom ma jibqax il-bżonn tat-traffic lights.

Il-proġett ser jiffaċilità t-traffiku li jgħaddi minn u lejn Triq Marina, Triq il-Wied tal-Imsida u Triq Mikiel Anton Vassalli.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru tat-Trasport u Proġetti Kapitali Ian Borg qal li dal-proġett ser jiffaċilità t-traffiku f’żona minn fejn kull siegħa jgħaddu madwar 4,500 vettura u se jgħin għar-riġnerazzjoni tal-Imsida. Qal li proġett ser inaqqas sostanzjalment il-ħin ta’ stennija minħabba t-traffiku bil-konsegwenza li se jonqos ukoll it-tniggis. Il-Ministru Borg qal li dan għandu wkoll inaqqas ir-riskju tal-inċidenti għax iżid is-sigurtà tat-toroq.

Qal li se jkunu żviluppati 100 spazju ta’ parkeġġ, u se jkun hemm spazju miftuħ qrib il-Monument tal-Ħaddiema filwaqt li se jitjiebu l-konnesjonijiet fl-inħawi u żewġ pontijiet pedonali minflok il-pelican crossings. Qal li dan se jsir biex ikun hemm iżjed sigurtà.

Il-Ministru qal li għaddejjin diskussjonijiet fosthom mal-Kunsill, biex jiġu finalizzati l-pjanti biex fil-ġimgħat li ġejjin issir l-applikazzjoni għall-permessi mal-Awtorità tal-Ippjanar.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

“Għajnu Aħmar it-Tonn” jew “It-Tonn tal-Melliħin” kienet l-għajta tas-sajjieda Melliħin li sal-bidu tas-sittinijiet kienu jbiegħu t-tonn li jaqbdu bit-Tunnara. Is-sajd bit-tunnara nqata’ iżda fil-mużew tat-Tunnara fil-bajja tal-Mellieħa, għaqda volontarja Melliħija ikkonservat…

Pulizija

Fl-aħħar xahrejn, l-uċuħ ta’ erba’ Pulizija saru familjari mal-komunità tal-Mellieħa. Ir-residenti laqgħuhom u jqisuhom “ta’ ġewwa”. Dawn l-erba’ uffiċċjali jiffurmaw l-ewwel Community Policing Team fi proġett pilota mniedi mill-Korp. Intervistat…

Malta

Fil-Greċja, hemm madwar 3,500 persuna b’konnessjonijiet Maltin, il-maġġoranza f’Korfu fejn jgħixu Griegi b’nisel Malti li saħansitra jwasslu sar-raba’ u l-ħames ġenerazzjoni. Waqt żjara fil-Greċja, il-President George Vella ltaqa’ ma’ rappreżentanti…

Aktar