Lokali
Proġetti fil-komunità biex jissebbaħ l-ambjent fi 3 oqsma tad-djar tal-Gvern

Bil-flus mill-programm taċ-ċittadinanza ser jsiru tlett proġetti fil-komunità biex isebbħu l-ambjent f’tlett oqsma tad-djar tal-gvern. Għal dawn il-proġetti ġew allokati tliet miljun ewro u ser ikun l-ewwel minn sensiela ta’ proġetti simili li ser jintgħażlu wara kompetizzjoni pubblika.

B’investimenti ta’ tliet miljun ewro ser isiru tliet progetti ambjentali fl-oqsma tad-djar tal-gvern tal-Ħamrun, fil-Wied ta’ Ħal Qormi u fi Vjal Indipendenza fil-Mosta li ser jagħtu xejra ħadra lil dawn iż-żoni.

Il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia qal li l-Ministeru nieda kompetizzjoni għall-periti biex joħorġu bl-aħħar ideat għal dawn il-proġetti. Qal li permezzz tal-kreattività u bl-ideat tagħhom qed jistenna li jiżviluppaw proġetti oriġinali u innovattivi. Mill-proġetti sottomessi ser jintgħażlu tlieta.

“L-għan tagħna huwa li flimkien mal-kamra tal-periti, l-awtorità ambjentali u ambjent malta biex ikun hawn design competition fost il-periti kollha. Id-disinn li jerbaħ irid jiġi implimentat, ħa ikollok din il-kompetitizzjoni ta’ disign u build ta’ proġetti ta’ green blue infrastructure . Dan jidħol taħt il-kappa ta’ grey to green u allura dawn il-postijiet li f’għajnejn il-poplu jidhru griżi ser inħaddruhom u ser intihom bixra ġdida biex il-poplu jkompli jgawdi l-ambjent tal-madwar.

Is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u Komunitajiet Alex Muscat qal li dawn il-proġetti ser itejbu l-ħajja tar-residenti, ser joħolqu ambjent isbaħ u għandhom itejbu l-kwalità tal-arja. Spjega li dawn ser ikunu ffinanzjati mill-fond għall-iżvilupp so1jali li jiġbor 70% tad-dħul tal-gvern mill-programm taċ-ċittadinanza b’investiment.

“Il-proġett huwa stmat li ser jiswa 3 miljun ewro, aħna għamilna talba quddiem il-fond tal-iżvilupp soċjali ta’ pajjiżna sabiex il-parti l-kbira ta’ dawn it-tliet miljuni ikun qed joħroġhom proprju dan il-fond.

Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat qal li bħal dawn il-proġetti ta’ infrastruttura ħadra ser isiru oħrajn f’lokalitajiet oħra.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar