Proġetti ta’ periti Maltin fil-biennale tal-arkitettura ta’ Venezja

Kumpanija ta’ periti Maltin ġiet mistiedna biex tesebixxi disinji tagħha fil-biennale prestiġjuża tal-arkitettura ta’ Venezja.

Venezja: il-belt mitika u unika li mal-milja taż-żmien ispirat uħud mill-aqwa xogħolijiet tal-letteratura; arti; mużika u arkitettura.

Hija wkoll il-belt li kull sentejn tospita il-Biennale tal-Arkitettura b’disinji u proġetti ta’ periti minn madwar id-dinja.

Għall-perit Konrad Buhagiar, it-temi taż-żmien, l-ispazju u l-eżistenza li kienu identifikati għall-wirja ta’ din is-sena fetħu il-bieb għall-uħud mill-aktar disinji uniċi li qatt osserva matul il-karriera tiegħu.

Malta tinsab rappreżentata bi tliet proġetti awdjo viżivi esebiti f’Palazzo Mora fuq stedina mill-organizzaturi lill-kumpanija AP.

Il-Perit Buhagiar qal li jittama li Malta xi darba jkollha rappreżentanza permanenti fil-padiljun.

Qal li l-proġetti esebiti jsawru stili; kunċetti u mudelli b’elementi tradizzjonali u tal-futur li f’xi waqtiet jikkuntrastaw u f’oħrajn jikkumplimentaw il-bini storiku ta’ Venezja.

Man-nofs miljun ruħ huma stmati li jattendu għall-biennale tal-Arkitettura f’Venezja li ilha ssir għall-aktar minn 100 sena u li tibqa’ miftuħ sa Novembru.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi stqarrija l-Matsec qalet li dawk l-istudenti li xtaqu jagħmlu l-eżamijiet tal-A Levels u l-Intermediates, jistgħu ipoġġu għal dawn l-eżamijiet f’Settembru li ġej. Din is-sessjoni se tieħu post is-sessjoni tar-resits,…

COVID-19

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qed jilqa’ l-applikazzjoni ta’ erba’ faxex ta’ ħaddiema li jaħdmu jew kienu jaħdmu fis-settur privat u ma baqgħux jaħdmu minħabba l-impatt tal-Coronavirus, iżda li mhux ser jintlaħqu…

Lokali

Wara kjarifiki uffiċjali, kien hemm qbil reċiproku li l-prezz tal-gass f’ċilindru ta’ 12kg ta’ Liquigas se jkun ta’ €15. Dan wara laqgħa llum bejn Liquigas Malta, li talbet biex tiċċarra…

COVID-19

Fiċ-ċirkostanzi preżenti maskra tiswa mitlu deheb partikolarment għal professjonisti li jinsabu fil-fruntiera tal-ġlieda kontra l-imxija tal-Covid-19. Fid-dawl tad-domanda qawwija għall-maskri soffistikati, Inġinier Malti fl-Fakultà tal-Inġinerija tal-Università ta’ Malta żviluppa magna…

Aktar