Lokali
Progress Press bi protest ġudizzjarju biex tirkupra $5 miljun

ll-kumpanija Progress Press ressqet protest ġudizzjarju biex tirkupra mal-$5 miljun mingħand l-ex chief of staff fl-uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri u ż-żewġ ex diretturi maniġerjali tal-istess kumpanija Adrian Hillman u Vincent Buhagiar.

Fi stqarrija, il-kumpanija qalet li dawn flimkien ma’ Malcolm Scerri, Alfio Schembri u l-kumpanija Kasco Engineering daħlu total ta’ $5 miljun minn kuntratt ta’ $13.5 miljun li ġie approvat mill-bord tad-diretturi.

Qalet li mill-evidenza ppreżentata fil-qorti, il-kumpanija hija l-vittma ta’ ftehim abbużiv li sar minn wara daharha u għalhekk qed tfittex li tiġi kkumpensata għal dan il-każ ta’ korruzzjoni li qalet ikkawża ħsara kbira lil Progress Press u lil Allied Newspapers, pubblikaturi ta’ The Times of Malta.