Barranin
Projbiti l-vetturi tad-diesel mill-ibliet Ġermaniżi

L-ibliet Ġermaniżi jistgħu jipprojbixxu vetturi tad-diesel wara deċiżjoni tal-Qorti.

L-ibliet ta’ Stuttgart u Dusseldorf issa jistgħu legalment jipprojbixxu vetturi qodma li joperaw bid-diesel miż-żoni l-aktar affettwati mit-tniġġis.

Kien il-grupp ambjentalista DUH li ressaq bosta każijiet ta’ tniġġis wara li madwar 70 belt fil-Ġermanja qabżu l-limitu tal-Unjoni Ewropea fil-livelli ta’ Ossidi tan-Nitroġenu (NOx) fl-arja. Dawn l-emmissjonijiet tad-diesel fl-arja jistgħu jikkawżaw mard fil-pulmun.

Il-gvern, li kien kontra l-projbizzjoni, qal li xorta tali miżura tista’ tiġi evitata.

Huwa maħsub li l-gvern Ġermaniż se jaħdem biex jintroduċi xi politika nazzjonali biex jiżgura xi livell ta’ konsistenza fil-pajjiż.

L-esperti qalu li tali deċiżjoni jaf, maż-żmien, tinfirex madwar l-Ewropa kollha.

Iżda, il-projbizzjoni taf toħloq problema oħra għall-industrija għaliex, mentri d-diesel jipproduċi livelli għoljin ta’ ossidi tan-nitroġenu, huwa l-unika fjuwil li jarmi livelli baxxi ħafna ta’ diossidu tal-karbonju – gass b’effett serra.