Lokali
Proposti proċeduri dwar ir-rapporti ta’ impatt soċjali fl-ippjanar ta’ proġetti u policies ġodda

L-Awtorità tal-Ippjanar qed tipproponi l-proċeduri li għandhom jintużaw f’rapporti ta’ impatt soċjali (social impact assessments – SIA) biex isiru bħala rekwiżit fis-sistema tal-ippjanar.

Rapporti ta’ din ix-xorta għadhom fi stadju bikri f’Malta, bl-Awtorità qed timmira li permezz ta’ dan id-dokument tintroduċi proċeduri u termini ta’ referenza bi tħejjija għal SIAs li se jsiru fil-futur.  S’issa, l-SIAs huma obbligati li jsiru f’każ ta’ proġetti proposti għal bini għoli.

L-SIAs janalizzaw x’impatti pożittivi u negattivi jkollhom fuq in-nies meta jiġu proposti proġetti ġodda jew policies ġodda.  Dan sabiex jitnaqqsu l-impatti negattivi filwaqt li jiġu identifikati opportunitajiet għall-benefiċċju tal-komunità u s-soċjetà in ġenerali.

Fost il-proposti f’dan ir-rigward, l-Awtorità qed tirrakkomanda li meta jitfasslu pjani jew policies il-Kunsill Eżekuttiv janalizza każ b’każ il-ħtieġa ta’ SIA.  Għall-applikazzjonijiet tal-iżvilupp, l-Awtorità qed tgħid li l-SIA għandu jsir obbligatorju meta jkun hemm pjan jew policy li titlob għal dat-tip ta’ rapport.  L-Awtorità qed tipproponi wkoll li l-SIAs għandhom jiġu ppubblikati kollha.

Il-proċeduri proposti jistgħu jitniżżlu mis-sit elettroniku tal-Awtorità tal-Ippjanar li hija pa.org.mt.  Il-pubbliku huwa mistieden li jibgħat il-kummenti u r-rispons lill-Awtorità b’email fuq [email protected] sat-28 ta’ Ġunju li ġej.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

L-Unjin tal-Infermieri u l-Qwiebel, l-MUMN issospendiet l-azzjonijiet industrijali fid-Dipartiment tal-Maternità fl-Isptar Mater Dei. Fi tweet id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa qal li l-azzjonijiet ġew sospiżi wara diskussjonijiet li saru…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-membru tal-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar Matthew Pace għandu jirriżenja. Huwa qal dan fi tweġiba għad-domanda tal-ġurnalisti waqt konferenza tal-aħbarijiet dwar ir-riforma fil-kirjiet. Dr Muscat qal…

Xogħol

Ċifri ta’ Jobsplus juru li f’Mejju kien hemm 1,669 persuna jirreġistraw għax-xogħol. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li dan ifisser tnaqqis fil-qgħad ta’ 6.8% meta mqabbel ma’ Mejju tas-sena l-oħra. Miċ-ċifri…

Lokali

Mill-1 ta’ Jannar 2020 il-kirjiet residenzjali privati ta’ aktar minn sena jridu jibdew jiġu reġistrati online mal-Awtorità tad-Djar u s-sid ma jistax iżid il-kirja b’aktar minn 5% fis-sena. Min ma…

Aktar