Lokali
Proprjetajiet tal-Gvern li mhux jintużaw se jgħaddu f’idejn għaqdiet mhux governattivi li joffru programmi ta’ housing

Numru ta’ proprjetajiet tal-Gvern li mhumiex jintużaw ser jgħaddu f’idejn għaqdiet mhux governattivi li joffru programmi ta’ housing bħala parti minn skema ġdida mnedija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet ġiet varata f’waħda mid-djar tal-Gvern f’Bormla.

Dar antika abbandunta f’Bormla se tkun waħda mill-postijiet li ser jiġu allokati għall-programm ta’ Housing offrut minn għaqdiet mhux governattivi biex jipprovdu saqaf lil persuni vulnerabbli li għandhom bżonnijiet partikolari.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes qal li f’Malta hawn NGO’s li jagħmlu xogħol imprezzabli f’dan il-qasam u issa b’dan il-programm il-Gvern qed isaħħaħ das-servizz.

Roderick Galdes qal “mhux sempliċment għandhom bżonn ċavetta u nsakkrulhom il-post iżda għandhom bżonn servizzi u għajnuniet biex huma joħoġru mill-problemi – problemi ta’ vjolenza domestika jew problemi ta’ logħob tal-azzard, nies bi problemi ta’ saħħa mentali – li jkollhom bżonn jerġgħu jintegraw fis-soċjetà u l-komunitajiet.”

L-għajnuna tal-gvern se tikkonsisti f’allokazzjoini ta’ postijiet u għajnuniet finanzjarji biex il-postijiet magħżula ghal dal-programm ta’ housing jiġu rranġati. Is-Segretarju Parlamentari Galdes qal li b’hekk din l-iskema tkun qed tirriġenera postijiet mitluqa.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Leonid McKay qal li b’kollaborazzjoni mal-entitajiet mhux governattivi se jkun qed jingħaqad ma’ kullana ta’ investimenti oħra fl-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli. Qal li l-Awtorità tad-Djar tirrikonoxxi li hemm faxex ta’ persuni li ma jeħtiġux biss akkomodazzjoni iżda jehtiegu appoġġ kontinwu u personalizzat.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar