Barranin
Protesta fi Franza kontra l-IVF għal nisa omosesswali

Eluf niżlu fit-toroq tal-kapitali Franċiża bi protesta kontra l-liġi li tippermetti nisa waħedhom u koppji lesbjani li jkollhom aċċess għal trattament ta’ fertilità.

Jekk tgħaddi, din il-liġi l-ġdida tkun l-ewwel riforma soċjali b’saħħitha fi Franza mil-legalizzazzjoni taż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess fl-2013. Sal-lum, it-trattament tal-IVF fi Franza jsir biss għal koppji eterosesswali.

L-abbozz ta’ liġi mistenni jiġi ppreżentat fis-Senat aktar tard dan ix-xahar. F’din il-liġi qed ikun propost li nisa ta’ taħt it-43 sena jkollhom aċċess għat-trattament tal-IVF, irrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali jew jekk humiex f’relazzjoni.

Qed ikun propost ukoll li meta jagħlqu 18-il sena, il-persuni mwielda b’donazzjoni tal-isperma jkunu jistgħu jfittxu lil missier naturali.

L-istħarriġ tal-opinjoni pubblika jindika li żewġ terzi tal-Franċiżi huma favur din il-liġi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’Pariġi, protesta viċin l-istazzjon tal-ferrovija Gare de Lyon wassal biex żviluppa nar qawwi, bil-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili kellhom jevakwaw in-nies miż-żona. Qed ikun irrapurtat li n-nar tqabbad minn dimostranti li nġabru…

Barranin

Tal-inqas 33 suldat Tork inqatlu f’attakk mill-ajru mill-forzi tar-reġim Sirjan fil-Majjistral tas-Sirja. Il-Gvernatur tal-Provinċja ta’ Hatar, Rahmi Dogan qal li kien hemm aktar persuni midruba fil-provinċja ta’ Idlib. Aktar tard,…

Barranin

Il-bugħaddas Russu Alexey Molchanov kiser ir-rekord tal-Guinness World Record li għodos għal 180 f’tul ta’ metru f’ilma inġazzat, f’nifs wieħed. Molchanov għamel din l-isfida fi kważi tliet minuti. Huwa kien…

Barranin

Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Apple, Tim Cook, ħabbar li s-sena d-dieħla l-kumpanija se tkun qed tiftaħ l-ewwel ħwienet tagħha fl-Indja. Hu ħabbar dan waqt laqgħa tal-azzjonisti, fejn qal li l-kumpanija kellha…

Aktar