COVID-19
Protesta f’San Ġiljan kontra l-ilbies tal-maskra

Grupp ta’ persuni nġabru fuq ix-xatt tal-Balluta f’San Ġiljan biex jipprotestaw kontra l-ilbies tal-maskra.

Uħud minnhom qed iġorru kartelluni fejn minbarra li qed jinsistu li għandu jkollhom id-dritt li joħorġu bla maskra qed jisħqu wkoll li t-tilqim m’għandux ikun bilfors.

Fuq il-post hemm numru ta’ pulizija biex jassiguraw li tinżamm l-ordni u l-liġi nkluż l-ilbies tal-istess maskri.