Barranin
Protesti fir-Russja minħabba li se tiżdied l-età tal-pensjoni

Fir-Russja mill-ġdid protesti fit-toroq kontra l-pjani tal-gvern li jżid l-età tal-irtirar bħala parti mir-riforma tal-pensjonijiet. Id-dimostrazzjonijiet infirxu f’aktar minn tmenin belt fir-Russja.

Skont il-pjani tal-Gvern, mis-sena d-dieħla l-età tal-irtirar għall-irġiel se tiżdied minn sittin għal 65 sena, filwaqt li għan-nisa, minn 55 se tiżdied għal 60. Skont l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, fir-Russja, l-irġiel jgħixu medja sa 66 sena, filwaqt li n-nisa jgħixu sa 77.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-MP Merriman tal-partit conservattiv Ingliż inqabad jiddieħek b’membru tal-istess partit waqt seduta parlamentari. Merriman inqabad bil-filmat jipponta lejn Michael Fabricant u jidħak b’Michael Fabricant ma’ min kien qiegħed maġenbu. Il-membru…

Barranin

L-ex Ministru (First Minister) tal-Iskozja, Alex Salmond, mistenni jitressaq taħt arrest quddiem il-Qorti llum. Mill-ewwel informazzjoni li l-Pulizija tat lill-midja jirriżulta li Salmond, li għandu 64 sena, se jkun qed…

Barranin

Tifel ta’ ftit inqas minn sentejn fl-Italja jista’ jgħoddha b’waħda wara li ġie salvat mit-tobba li ħarġulu b’suċċes ‘clipper’ tad-dwiefer li kien bela’. Kien hemm sogru kbir li l-‘clipper’ twil…

Barranin

Fiċ-Ċina, ħames xadini ġew ġenetikament modifikati biex ma jorqdu qatt. L-esperiment sar bit-tir li jiġi studjat il-fenomenu li xi wħud xi drabi jesperjenzaw – dik li ma jkunux jistgħu jorqdu…

Aktar