X

Protesti fir-Russja minħabba li se tiżdied l-età tal-pensjoni

Fir-Russja mill-ġdid protesti fit-toroq kontra l-pjani tal-gvern li jżid l-età tal-irtirar bħala parti mir-riforma tal-pensjonijiet. Id-dimostrazzjonijiet infirxu f’aktar minn tmenin belt fir-Russja.

Skont il-pjani tal-Gvern, mis-sena d-dieħla l-età tal-irtirar għall-irġiel se tiżdied minn sittin għal 65 sena, filwaqt li għan-nisa, minn 55 se tiżdied għal 60. Skont l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, fir-Russja, l-irġiel jgħixu medja sa 66 sena, filwaqt li n-nisa jgħixu sa 77.