Barranin
Protesti kbar fir-Repubblika Ċeka għar-riżenja tal-Prim Ministru

Għexieren ta’ eluf ta’ ċittadini Ċeki qegħdin jipprotestaw fil-kapitali tar-Repubblika Ċeka u qed isejħu għar-riżenja tal-Prim Ministru Andrej Babis, li qed jiġi akkużat li ffroda miljiuni ta’ ewro f’sussidji mill-Unjoni Ewropea.

L-organizzaturi qalu li għall-protesta fi Praga attendew mal-120,000 persuna. Jekk dan in-numru jiġi konfemat, din il-protesta tkun l-ikbar waħda sa mill-waqa’ tal-komuniżmu waqt ir-Revoluzzjoni tal-1989.

Il-Prim Ministru Babis ċaħad l-akkużi ta’ frodi u ħadha qatta’ bla ħabel kontra abbozz ta’ rapport tal-Unjoni Ewropea fejn intalab jirritorna miljuni ta’ ewro f’sussidji.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fl-Istati Uniti, l-istat ta’ New York qiegħed jitqies bħala l-epiċentru tal-imxija tal-Coronavirus fejn kważi il-mejta kollha irrappurtati f’24 siegħa jaqbżu 630. Fi New York il-każijiet ikkonfermati jlaħħqu 113,000. B’kuntrast in-numru…

Barranin

Żewġ persuni nqatlu u ħamsa sofrew ġrieħi f’attakk b’sikkina fix-xlokk ta’ Franza. Tnejn minn dawk feruti jinsabu f’qagħda kritika. L-attakk, li ġie deskritt mill-Ministru għall-Intern bħala wieħed terroristiku, seħħ fir-raħal…

Barranin

Aktar minn 1,187,900 każ ta’ coronavirus fid-dinja. L-imwiet bil-Covid-19 qabżu l-64,000. Fl-aħħar 24 siegħa fi Spanja mietu 809 persuni bil-COVID-19 filwaqt li ftit aktar minn 7,000 irriżultaw pożittivi għal virus. B’kollox…

Barranin

F’ittra indirizzata lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula Von Der Leyen, il-Prim Ministru Taljan qalilha biex tlesti ruħha għar-riskji. L-Italja, li tibqa’ sal-lum l-aktar pajjiż Ewropew li ntlaqat mill-Coronavirus b’aktar minn 14,000…

Aktar