Barranin
Protesti minħabba d-deċiżjoni ta’ Donald Trump dwar Ġerusalemm

Numru ta’ Palestinjani ndarbu fix-Xatt tal-Punent waqt protesti kontra d-deċiżjoni tal-President Amerikan Donald Trump li ddikkjara li l-Istati Uniti tirrikonoxxi lil Ġerusulemm bħala l-kapitali ta’ Iżrael, deċiżjoni li ġabet kritika anke minn pajjiżi alleati tal-Amerika, fosthom l-Ingilterra, Franza u l-Gharabja Sawdija.

Palestinjani qed jipprotestaw fit-toroq kontra d-decizjoni tal-Gvern Amerikan. Il-Gvern Iżraeljan sahhah il-preżenza tas-suldati tieghu fix-Xatt tal-Punent fl-isfond tat-tensjoni li qed taħkem mill-ġdid dawn l-inħawi. Rapporti qalu li suldati Iżraeljani darbu lill-Palestinjani bil-gass tad-dmugħ u balal tal-lastiku.

Malta ukoll ma qablitx mad-deċiżjoni ta’ Trump

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li “aħna nemmnu li d-dikjarazzjoni dwar jekk Ġerusalemm iridu jkunu parti minn diskussjonijiet bejn in-naħat kollha involuti. Naqblu mas-soluzzjoni li kien hemm sal-lum il-ġurnata li tkun parti minn a two state solution. Il-biża’ tagħna hija li din id-deċiżjoni ser titfa’ l-ħatab fuq in-nar għall-estremiżmu. Wieħed jittama li ma jkunx il-każ iżda m’hemmx fejn induru mal-lewża – ma naqblux mad-deċiżjoni tal-Gvern Amerikan”.

Reazzjoni mill-President Franċiż

Il-President Franċiż Emmanuel Macron li żviluppa relazzjoni diplomatika tajba ma Trump stqarr li din il-ġimgħa tkellem mal-President Amerikan biex jikkonvinċieh ibiddel ħsiebu.

“This is a regrettable decision that France does not approve of, and which goes against international law and all the U.N. Security Council resolutions” stqarr Macron.

Reazzjoni mill-Imam

L-Imam, Mohammed El Sadi ddeskriva d-deċiżjoni ta’ Trump bħala inġustizzja mal-poplu Palestinjan. El Sadi qal b’dan il-pass, Trump ta rigal prezzjuż lill-Istat Iżlamiku.

Ara wkoll:

Il-Prim Ministru kontra Donald Trump dwar Ġerusalemm

L-Imam Elsadi ma jaqbilx mad-deċiżjoni ta’ Donald Trump

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Kurżitajiet

Id-Dukessa ta’ Cambridge Kate Middleton normalment dejjem tadatta x’tilbes skont fejn tmur.  Iżda l-libsa li kellha fl-avveniment tal-bieraħ meta attendiet għall-unuri tal-aħjar films u programmi televiżivi fl-Ingilterra, magħrufa aħjar bħala…

Barranin

F’Birmingham, żagħżugħ li rrikatta diversi vittmi vulnerabbli,fosthom tifla li kienet imġiegħla tiekol ikel tal-klieb u persuna mġiegħla tilgħaq is-sit tat-toilet, intbagħat 32 sena ħabs. Matthew Falder huwa deskrit wieħed mill-akbar…

Barranin

Żeffiena tal-Olimpjadi tax-xitwa Gabriella Papadakis ħadet waħda mill-akbar qtajja’ ta’ ħajjitha. Dan hekk kif waqt li kienet qed tiżfen il-libsa nfetħet u nkixfilha parti minn sidirha. Minkejja dan l-intopp l-atleta…

Aktar