Droga
Prova jarmi d-droga fid-drenaġġ – 3 persuni arrestati

Sejba ta’ madwar seba’ kilos ħaxixa tal-Kannabis flimkien ma’ ammont ta’ trab abjad suspettat droga kokajina lesta biex tiġi traffikata saret bis-saħħa tal-Iskwadra ta’ kontra d-Droga u membri tal-RIU.

Parti sostanzjali mill-ħaxixa nstabet ġo żewġ boroż imdaqqsa li kienu ġo vettura fis-Swieqi misjuqa minn raġel ta’ 47 sena minn Santa Venera, li miegħu kien hemm raġel ieħor ta’ 24 sena minn Bormla. Il-kokajina nstabet wara tfittxija li saret ġewwa residenza fis-Swieqi stess
minn fejn ġie arrestat raġel ta’ 40 sena mis-Serbja.

Ġor-residenza nstabu wkoll żewġ kilos ħaxixa tal-kannabis, li parti minnhom kellhom jiġu rkuprati minn ġos-sistema tad-drenaġġ wara li s-Serb prova jiddisponi minnhom malli daħlu l-Pulizija.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr N Galea Sciberras ġiet infurmata bis-sejba u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta Maġisterjali.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin u l-irġiel mistennija jitressqu l-Qorti taħt arrest għada akkużati b’assoċjazzjoni, traffikar u pussess aggravat tad-droga fost l-oħrajn.

Aħbarijiet Oħra
Settur Marittimu

Il-kumpanija Valletta Cruise Port li tmexxi t-terminal tal-passiġġieri tal-cruise-liners u faċilitajiet oħra fil-Port il-Kbir qed tieħu miżuri favur l-ambjent biex tikseb ċertifikazzjoni ta’ port ekoloġiku. Intervistat minn TVM, il-Kap Eżekuttiv…

Knisja Maltija

L-Arċisqof Charles J. Scicluna appella għar-rispett lejn id-dinjità tal-mara waqt quddiesa li fiha talab biex terġa’ tinfetaħ il-kawża għall-beatifikazzjoni ta’ Adelaide Cini, li qal l-eżempju ta’ ħajjitha u l-ħidma li…

Qorti

Il-Qorti Kostituzzjonali laqgħet ir-rikors tal-Ministri Edward Scicluna, Konrad Mizzi u Chris Cardona biex ma jixhdux f’kawża kostituzzjonali iżda fi żmien jumejn iridu jippreżentaw s-silta minn fejn ikkwotaw ir-rapport tal-inkjesta Egrant…

Budget

Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna qal li l-Budget ippreżentat ilbieraħ u r-reazzjoni ġenerali għalih huma turija li l-Gvern hu konxju tal-isfidi, l-opportunitajiet u l-ħtiġijiet tan-nies. F’konferenza tal-aħbarijiet l-għada tal-Budget, il-Ministru Scicluna…

Aktar