Kronaka
Prova jferraq ġlieda f’San Ġiljan u swietu qares

Illum, għall-ħabta tas-6am, faqqgħet ġlieda bejn 6 persuni fi Triq San Ġorġ, f’San Ġiljan.

Fl-argument, żewġt irġiel Kolombjani wieħed ta’ 27 sena u ieħor ta’ 34 sena spiċċaw midruba. Ir-raġel ta’ 34 sena prova jwaqqaf l-argument iżda swietu qares.

Jidher li waqt l-argument intuża flixkun imkisser.

Iż-żewġt irġiel ittieħdu l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn aktar tard, ir-raġel ta’ 34 sena u l-ġuvni ta’ 27 sena mill-Kolombja ġew iċċertifikat li qed isofru minn ġrieħi gravi.

Il-każ qed jiġi investigat.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Kompliet llum fil-Qorti il-kumpilazzjoni fil-qtil ta’ Maria-Lourdes u Angele Bonnici li allegatament inqatlu mill-iben/ħu l-vittmi – Joseph Bonnici. Fil-Qorti ta x-xhieda tiegħu l-missier tal-familja Bonnici, Paul li qed jiskonta sentenza…

Lokali

Fuq il-paġna tiegħu, Bjorn Formosa, is-simbolu Malti li jirrappreżenta l-pazjenti li jbatu mill-ALS, qal li ddaħħal b’urġenza l-isptar. Jidher li Bjorn ma kienx qed jieħu nifs sew iżda minkejja dan…

Knisja Maltija

Nhar is-Sibt li ġej 4 djakni djoċesani se jiġu ordnati saċerdoti.  L-ordinazzjoni presbiterali se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt fid-9.30am. L-4 saċerdoti ġodda huma Peter Ellul mill-Parroċċa ta’ San Pawl…

Lokali

Illum, il-President ta’ Malta George Vella jagħlaq 77 sena u qed iqatta’ għeluq sninu flimkien mal-atleti tal-basketball b’abbiltajiet imħallta. L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta, il-Malta Basketball Association, Malta Wheelchair Basketball, Aġenzija…

Aktar