Barranin
“Provaw jiftħuli għajnejja qabel ma żżewwiġt lill-Prinċep Harry”

Il-ħajja miżżewġa ġġib sfidi għal kulħadd anke għal koppja rjali. F’intervista li xxandret fuq l-istazzjon televiżiv ITV, id-Dukessa ta’ Sussex iddeskriviet l-ewwel sena ta’ żwieġ tagħha mal-Prinċep Harry bħala waħda diffiċli.

Hija qalet li kienu bosta ħbieb tagħha li widdbuha biex ma tidħolx f’relazzjoni mal-Prinċep Harry.

Waqt id-dokumentarju “Harry and Meghan: An African Journey,” qalet li bosta prova jiftħulha għajnejha li kienet se tkun taħt l-iskrutinju tal-midja Ingliża meta tiżżewweġ lil Harry.

Waqt li kienet qed titħaddet fuq l-impatt tal-iskrutinju mill-midja fuq is-saħħa mentali tagħha, Meghan Markle qalet li ma kinitx tat kas il-pariri li ngħatat  għax ma kinitx taf kif taħdem il-midja fl-Ingilterra.

Il-koppja Rjali stqarret li mhix ħaġa faċli li tkun fl-għajn pubblika l-ħin kollu. Qalu wkoll li ħafna drabi dak li jkun ippubblikat fil-midja jkun bla bażi. Meghan Markle stqarret li qed titgħallem tieħu l-ġurnata kif tiġi.

Wara l-vjaġġ tagħom fl-Afrika, Harry u Meghan, b’mod separat, fetħu kawżi kontra l-ġurnali Ingliżi. Min-naħa tagħha Meghan fetħet kawża kontra l-ġurnal Mail on Sunday dwar il-pubblikazzjoni illegali ta’ ittra li hija kienet kitbet lil missierha. Filwaqt li l-Prinċep Harry fetaħ kawża konra l-ġurnali The Sun, News of the World u d-Daily Mirror ħabba li nterċettaw b’mod illegali voicemail messages.

“Mhux se niġi bbuljat biex nilgħab il-logħba li qatlet lil ommi” – il-Prinċep Harry

Il-mod ta’ kif il-midja qed tippersegwita lill-koppja qed tagħtihom ġewwa u tagħmlilhom ħajjithom diffiċli. Fl-intervista, il-Prinċep Harry jistqarr li l-flash tal-kamera jfakkru dwar x’wassal biex ommu Diana titlef ħajjtiha fl-età ta’ 36 sena, nhar il-31 ta’ Awwissu 1997.

Qal li dak li għaddiet minnu ommu seħħ gradwalment jum wara jum. Tenna li ma jridx li jirrepeti l-passat.

Il-Prinċep William imħasseb dwar ħuh

Wara li xxandret l-intervista, il-BBC irrapporta li l-Prinċep William jinsab inkwetat fuq ħuh. Madankollu l-kelliema għall-Uffiċċju tal-Prinċep ma tat l-ebda kumment.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Costa Rica saret l-ewwel pajjiż fl-Amerka Ċentrali li fih huwa permess żwieġ bejn persuni tal-istess sess. L-ewwel żwieġ ta’ din ix-xorta xxandar fuq l-istazzjon nazzjonali, ftit minuti biss wara li…

Barranin

L-FBI se tinvestiga l-qtil ta’ raġel iswed fl-istat Amerikan ta’ Minnesota wara li ħareġ filmat juri pulizija għarkubtejh fuq għonq ir-raġel. Fil-filmat ta’ 10 minuti, ir-raġel li x’aktarx għandu fuq…

Ambjent

Filmat miġbud minn għaqda ambjentali fi Franza juri qiegħ il-baħar mimli maskri u ngwanti tal-plastik. Dan it-tagħmir protettiv marbut mal-Covid-19 kien fost għadd sostanzjali ta’ plastik u skart ieħor li…

Barranin

Fuq l-għatba tal-istaġun tas-sajf, diversi pajjiżi taż-żona Schengen qed jikkunsidraw bis-serjetà li jiftħu mill-ġdid il-fruntieri għat-turisti. Spanja ħabbret li mill-1 ta’ Lulju se tneħħi l-kwarantina ta’ ġimagħtejn għall-persuni li jżuru…

Aktar