Knisja Maltija
Pubblikazzjoni bix-xogħlijiet tal-Isqof Mario Grech

Il-pubblikazzjoni intitolata ‘Tibżax tieħu għandek lil Marija’ tiġbor fiha aktar minn 40 ittra, omelija u diskorsi tal-Isqof Mario Grech li kiteb jew priedka matul is-sena l-oħra li fid-djoċesi ta’ Għawdex kienet dedikata lil Marija.

Il-pubblikazzjoni li fiha madwar 250 paġna u aktar minn sittin ritratt bil-kulur tax-xbihat Marjani u 40 artiklu b’temi pastorali, reliġjużi u spiritwali.

L-isqof Grech huwa magħruf għall-omeliji tiegħu għax iwassal il-messaġġ b’mod ħaj u li jinftiehem.

Il-ktieb ingħata t-titlu ‘Tibżax tieħu għandek lil Marija’ li ttieħed mill-vanġelu ta’ San Mattew meta l-anġlu kellem lil Ġużeppi biex ma jibżax jieħu għandu lil Marija li kienet qed tinstenna tarbija.

“Meta jiena niedejt is-sena marjana u r-riflessjonijiet li għamilt huma rifless tat-twemmin tagħna u mhux biss ippruvajt nieħu nota imma ngħin lid-devozzjoni marjana tgħina biex naslu għand Ġesù għax Marija tappella ħafna għand hija omm u bħal kull omm tilqa fi ħdanha lill-ulieda anke imqarqċin għax Marija wkoll dixxiplu.”

It-tagħlim ta’ Monsinjur Grech miġbur f’dan il-ktieb jindirizza t-temi kontemporanji u r-realtajiet soċjali u ipproponi mexxi jew miżuri bħallikieku huma mediċina tajba biex jitfejqu l-pjaga soċjali.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija nnota s-sitwazzjoni kif qed tiżviluppa dwar il-Coronavirus. Qal li din hi materja ta’ interess nazzjonali u b’hekk offra l-appoġġ kollu lill-awtoritajiet tas-saħħa f’pajjiżna, lill-awtoritajiet portwali, u…

Stejjer Umani

Alistair Degiorgio, li għandu l-kundizzjoni tad-dwarfism, esprima ma’ TVM il-weġgħa li ħass meta ra l-filmat tat-tifel Awstraljan Quaden, li għandu l-istess kundizzjoni bħalu u li kien qed jibki għax qed…

Knisja Maltija

Il-Knisja f’Malta llum tiċċelebra l-festa tal-Beata Maria Adeodata Pisani. Il-ġurnata tal-festa kienet intgħażlet mill-Papa Ġwanni Pawlu II meta bbeatifika l-ewwel tliet Maltin f’ċerimonja fuq il-Fosos tal-Floriana f’Mejju tas-sena 2001. Il-ġurnata…

Aktar