Is-servizz tat-trasport pubbliku mhux se jieqaf waqt il-Valletta Summit

Il-Malta Public Transport (MPT) qalet li t-trasport pubbliku mhux se jkun affettwat mill-Valletta Summit li se jsir din il-ġimgħa fil-11 u t-12 ta’ Novembru, ħlief għar-rotta 133 li ddur mal-Belt.

Fi stqarrija l-MPT qalet li jista’ jkun hemm xi dewmien fuq ċerti rotot fejn xi toroq li temporanjament se jkunu magħluqin għat-traffiku biex ikunu jistgħu jgħaddu d-dinjitarji li se jipparteċipaw fil-Valletta Summit.