Barranin
Pulizija akkużat bil-qtil ta’ eks-plejer tal-futbol

Uffiċċjal tal-Pulizija ġie akkużat bil-qtil tal-footballer Dalian Atkinson, f’każ li jmur lura għall-2016.

Atkinson, li kien jilgħab ma’ Aston Villa, u li kellu 48 sena meta inqatel, miet wara li ingħata xokkijiet permezz ta’ taser, fid-dar ta’ missieru f’Telford fl-Ingilterra, fil-15 t’Awwissu.

Pulizija ieħor, mill-‘West Mercia Police Force’, ukoll qed jiġi akkużat b’agressjoni u li kkawża ġrieħi fuq il-vittma.

Iż-żewġ Pulizija fil-fatt se jidħru quddiem il-Qorti tal-Maġistrati f’Birmingham.

Il-‘Crown Prosecution Service’ għamlet id-deċiżjoni li tressaq lill-akkużati, wara investigazzjoni indipendeti mill-Pulizija stess.

Intqal kif il-familja ta’ Atkinson ġiet infurmata bl-iżviluppi fil-każ, u fi stqarrija qalu li huwa tajjeb li min qatlu se jitressaq għall-ġustizzja, iżda wrew id-diżappunt tagħhom għal fatt li għaddew iktar minn tliet snin minn mindu miet Dalian Atkinson.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Pulizija f’Kalifornja, fl-Istati Uniti, issejħu fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu biex joffru għajnuna mhux tas-soltu. Ors kbir, li huwa magħruf fiż-żona ta’ Kings Beach bl-isem ta’ T-Shirt, daħal ġo skip biex…

Barranin

Il-Prinċep Andrew tal-Ingilterra ċaħad li kellu x’jaqsam sesswalment ma’ tfajla ta’ 17-il sena lura fl-2001. L-allegazzjoni qed issir minn Virginia Guiffre, li qalet li kienet iltaqgħet mal-Prinċep f’bar, li żifnet…

Barranin

F’Venezja ħarġet twissija oħra għal għada hekk kif il-livell tal-ilma mistanni jaqbeż il-metru u nof. Tħabbar li l-pagamenti li r-residenti ta’ Venezja jħallsu għad-djar tagħhom se jiġu sospiżi għal sena…

Barranin

Inċident sfortunat ħalla tarbija ta’ sentejn mejta wara li tqaċċat air conditioner mit-8 sular ta’ binja. Omm kienet qed tmexxi lil bintha f’pushchair f’żona residenzjali f’Toronto meta seħħ l-inċident. It-tifla…

Aktar