Barranin
Pulizija feruti fi protesta kontra l-lockdown fil-Ġermanja

Tal-inqas 18-il uffiċjal tal-pulizija ndarbu waqt li kienu qed jipprovaw iferrxu l-folla fi protesta kontra l-miżuri tal-lockdown kontra l-coronavirus f’Berlin il-Ġermanja.

Il-pulizija qalet li tliet uffiċjali qed jingħataw il-kura fl-isptar.

Aktar minn 1,000 uffiċjal kienu qed jissorveljaw il-protesta li għaliha uffiċjali Ġermaniżi qalu li attendew mal-20,000 persuna.

L-organizaturi ddikjaraw il-ġurnata tas-Sibt bħala jum il-ħelsien minn xhur ta’ restrizzjonijiet kontra l-coronavirus – b’dimostranti jġorru kartelluni b’kitbiet kontra l-virus – li qalu huwa “false alarm”.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa (WHO) mhux qed tirrakkomanda li l-pajjiżi jerġgħu jmorru lura għal-lockdowns nazzjonali, iżda minflok għandhom jimplimentaw miżuri lokalizzati kontra l-imxija tal-Covid-19. Dan intqal minn Dr Maria Van Kerkhove…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela sejjaħ laqgħa mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali skedata għal nhar il-Ħamis li ġej, biex tkun diskussa l-pożizzjoni ta’ Malta fl-isfond tal-pandemija Covid-19. Fi stqarrija maħruġa…

COVID-19

L-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw 16-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 1,502 swab test. B’hekk il-każi attivi ta’ Coronavirus f’Malta telgħu għal 215, hekk kif ħadd…

Politika

Wara d-diskors tal-Prim Ministru Robert Abela lbieraħ, l-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) qalet li tinsab iddiżappuntata li l-Prim Ministru poġġa t-tort taż-żieda fil-każijiet ta’ Covid-19 fuq l-immigranti. Qalet li l-kaġun kien…

Aktar