Pulizija
Pulizija fuq xogħol extra jew overtime mitluba jilbsu T-shirt jew beritta tal-baseball

Il-Malta Police Union (MPU) tat direttiva lill-pulizija membri tagħha biex minn għada l-Ħadd fis-6.00 a.m. jilbsu t-T-shirt, il-beritta tal-baseball jew l-ID maħruġin mill-Pulizija waqt li jkunu qed jagħmlu xogħol extra jew overtime.

Kienet l-istess MPU li ħabbret dan wara li qalet li l-kwistjoni li kellha mal-Korp tal-Pulizija dwar l-immaniġġjar tat-traffiku, li dwarha iddikjarat tilwima industrijali, baqgħet ma ġietx solvuta.

Waqt li għamlitha ċara li għax-xogħol fil-ħin normali l-pulizija għandhom jilbsu l-uniformi sħiħa, l-MPU rrimarkat li l-Korp tal-Pulizija sab il-pandemija konvenjenti biex jużaha bħala skuża għal kull nuqqas ta’ azzjoni amministrattiva.