Kronaka
Pulizija jweġġa’ f’inċident tat-traffiku f’Għawdex

Pulizija ta’ 35 sena min-Nadru li kien qed isuq mutur weġġa’ f’inċident tat-traffiku f’Għawdex. TVM huwa infurmat li l-inċident seħħ għal ħabta tas-1.10pm fit-triq bejn ix-Xewkija u x-Xagħra.

Il-Pulizija, fil-ħin tal-inċident ma kienx xogħol u kien qed isuq il-mutur personali tiegħu, kellu impatt ma’ Volkwagon Polo misjuqa minn mara ta’ 32 sena min-Nadur.

Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn persuni oħra li inzertaw għaddejjin mill-istess triq. Huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza.

Fuq il-post marru l-Pulizija t’Għawdex, fosthom l-Ispettur Josef Gauci, biex jinvestigaw l-inċident.