Kronaka
Pulizija jweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

Kuntistabbli ta’ 25 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident bil-mutur f’Birkirkara.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ dalgħodu fi Triq il-Wied, f’Birkirkara, meta seħħet ħabta bejn karozza Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 32 sena u mutur tat-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija misjuq mill-kuntistabbli.

Ambulanza ħadet lill-kuntistabbli l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddeja.