Pulizija
Pulizija lesti jmorru għax-xogħol bil-leħja jekk jibqgħu jintbagħtu jissorveljaw lit-tfal tal-iskola

Il-Police Officers Union qed ittenni l-oġġezzjoni tagħha li l-Pulizija jibqgħu jiġi assenjati mar-rixtellu tal-iskejjel waqt id-dħul u l-ħruġ tat-tfal.

Fi stqarrija l-union ikkwotat il-liġi u qalet li dan ix-xogħol mhuwiex kompitu tal-Pulizija, iżda tal-Kunsill Lokali.

Il-union qalet li talbet formalment lill-Kummissarju tal-pulizija u lill-amministrazzjoni sabiex tigi riżolta din il-kwistjoni sal-15 ta’ Settembru li ġej.

Qalet li fin-nuqqas ta’ risposta se tibda tilwima industrijali, bl-azzjonijiet se jinkludu li l-membri tal-union imorru għax-xogħol bil-leħja u bla beritta.