COVID-19
Pulizija mhedda meta jwaqqfu lil min qed jikser il-liġi marbuta mal-Covid-19 – il-MPA

Il-Malta Police Association fi stqarrija qalet li diversi uffiċjali tal-Pulizija qegħdin jiġu mhedda minn persuni li jiġu mwaqqfa waqt li jkunu qed jiksru l-Avviżi Legali marbuta mal-imxija tal-Covid-19.

Dan l-assoċjazzjoni qalitu fid-dawl li aktar kmieni llum il-Prim Ministru ħabbar li se jkun qiegħed inaqqas xi restrizzjonijiet.

L-MPA saħqet li l-ksur ta’ liġi jieqaf biss la darba jinħareġ Avviż Legali ieħor li jkun qiegħed b’mod awtomatiku jelimina dak preċedenti u mhux minn wara li tkun saret xi intervista fuq TV jew inkella fuq il-midja soċjali.

L-Assocjazzjoni qalet li tikkundanna kull tip ta’ theddid, fiżiku u verbali fil-konfront tal-Pulizija, meta dawn ikunu qed jaqdu d-dmirijiet tagħhom għall-ġid tal-poplu stess.

Qalet li tittama li dawn l-individwi jiġu mressqa l-Qorti meta din terġa tibda tiffunzjona.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Politika

L-Avukat Ġenerali rrefera għall-parir li huwa ta lill-Pulizija fis-16 ta’ Mejju 2016, u sostna li dan imkien ma rrakkomanda t-twaqqif ta’ xi investigazzjonijiet jew tal-ġbir ta’ provi kontra xi professjonisti,…

Aktar