Pulizija
AĠĠORNAT (2): Mat-30 pulizija arrestati fuq abbuż mis-sahra

Il-Korp tal-Pulizija ħabbar li għaddej b’arresti ta’ uffiċjali tal-Pulizija mis-sezzjoni tat-traffiku, fuq allegazzjonijiet ta’ abbużi mis-sahra.

Fi stqarrija l-Korp qal li, filwaqt li f’dal-mument għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet,  ser jittieħdu kwalunkwe miżuri skont il-liġi u ħejja pjan ta’ kontinġenza sabiex in-nuqqas ta’ dawn l-uffiċjali ma jaffettwax ħażin iż-żamma tal-ordni fit-toroq.

Iktar tard il-Pulizija kkonfermat li l-ammont ta’ pulizija arrestati mill-Iskwadra tar-Reati Ekonomiċi u mill-Uffiċċju tal-Affarijiet Interni b’rabta ma’ dan il-każ kien ta’ madwar 30.

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Byron Camilleri, kkonferma li ġew arrestati numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija. Segwi dak li qal fil-filmat:

Il-Korp ħeġġeġ lil kull min għandu xi informazzjoni b’rabta ma’ dawn l-allegazzjonijiet biex jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numru 2294 2201 jew fuq l-email [email protected] .

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30pm fi Triq it-Telgħa ta’ Selmun. L-inċident seħħ bejn bejn vettura tal-għamla Toyota Aygo, li…

Stejjer Umani

Filmat ta’ tifel ċkejken ta’ 9 snin inxtered f’ħakka ta’ għajn mad-dinja kollha meta esprima d-dwejjaq li ħakmuh minħabba l-bullying. Fil-filmat miġbud minn ommu, Quaden Bayles jinstema’ jgħid li jrid…

Saħħa

F’Malta, fl-ajruport beda jsir screening tat-temperatura tal-ġisem tal-passiġġieri li jaslu Malta biex ikun identifikat jekk dawn għandhomx id-deni li huwa wieħed mis-sintomi tal-coronavirus. U fil-port, il-ħaddiema tax-xatt irirfjutaw li jħottu…

Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li llum beda jingħata l-konkos fil-Menqa bi tkomplija mal-ewwel saff tal-bażi, kif ukoll bdew jinfirxu l-ewwel sleeves bis-servizzi lejn il-proprjetajiet. Il-Ministru spjega li nqala’…

Aktar