Kurżitajiet
Pupazz ġgantesk se jimxi tul l-Ewropa biex iqajjem kuxjenza dwar l-immigrazzjoni

Amal huwa l-isem li ngħata lil pupazz ġgantesk li se jivvjaġġa tul l-Ewropa biex iqajjem kuxjenza dwar l-immigrazzjoni.

Il-pupazz huwa twil 3.5 metri u se jitmexxa minn disa’ persuni f’timijiet ta’ tlieta kull wieħed.

Waħda mill-persuni tidħol fil-pupazz mentri t-tnejn l-oħra jikkontrollawlu jdejh.

Il-vjaġġ se jibda lejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar minn mal-fruntiera li taqsam is-Sirja mit-Turkija.

Huwa se jaqsam il-Greċja, l-Italja, Franza, l-Iżvizzera, il-Ġermanja u l-Belġju qabel jasal l-Ingilterra.

Il-vjaġġ jissimbolizza t-tfittxija li tagħmel refuġjata tifla għal ommha fl-Ewropa.

Id-diretturi wara dan il-proġett ġew ispirati minn dak li raw fil-kamp tar-refuġjati f’Calais fi Franza.