Kultura
Pupazzi, baned u żeffiena bi sfilata fil-Belt

Orfeo and Majnun huwa wieħed mill-iktar proġetti li se jimlew il-Belt Valletta. Il-proġett huwa maqsum fi tnejn – rappreżentazzjoni ta’ mużika u teatru f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi u sfilati fil-Belt bħal dik tal-lejla.

Fit-toroq tal-kapitali, pupazzi f’forom ta’ annimali differenti, 18-il banda u 360 żeffien qegħdin jipparteċipaw fi sfilata.

L-isfilata bil-pupazzi tal-annimali inkludiet numru ta’ sorpriżi bil-mużika, biż-żfin, b’rappreżentazzjonijiet qosra u rakkonti ta’ stejjer bil-parteċipazzjoni ta’ personalitajiet magħrufa.

Din l-attività hija parti minn wieħed mill-akbar proġetti ta’ Valletta 2018, Orfeo and Majnun – rappreżentazzjoni teatrali li llum kompliet tieħu dimensjoni differenti bis-sehem tal-pubbliku.