Barranin
Putin b’taħditiet ma’ Kim Jong UN

Il-President Russu Vladimir Putin wasal fi Vladivostok għall-ewwel taħdidiet mal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un. Il-Mexxej Kim Jong Un wasal fil-belt Russa lbieraħ permezz ta’ ferrovija. Il-Gvern Russu qal li t-taħdidiet bejn iż-żewġ mexxejja se jiffukaw fuq il-problemi mqanqla mit-testijiet nukleari li qed twettaq il-Korea ta’ Fuq iżda Kim Kong Un se jipprova jikseb appoġġ mir-Russja wara li kien hemm staġnar fin-negozjati mal-Istati Uniti. Il-President Amerikan Donald Trump kien iltaqa’ għat-tieni summit ma’ Kim Jong Un f’Hanoi aktar kmieni din is-sena fejn ġie diskuss il-programm tal-armi nukleari tal-Korea ta’ Fuq, iżda s-summit intemm mingħajr eżitu konkret.

F’kummenti li ta lit-televiżjoni nazzjonali Russu, Kim Jong Un qal li qed jittama li t-taħdidiet ma’ Putin irrendu għal titjieb fir-relazzjonijiet bilaterali biż-żewġ mexxejja x’aktarx jiffokaw fuq l-innegozjar ta’ ftehim kummerċjali u politiku, bl-andament immirat lejn xi għamla ta’ soluzzjoni għall-aspirazzjonijiet tal-Korea ta’ Fuq biex tiżviluppa l-programm nukleari.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-preżenza tal-mikroplastiċi fl-ilma li nixorbu ftit li xejn hija ta’ detriment għall-bniedem. Dan qalitu l-World Health Organisation (WHO) f’rapport li jassigura li dan ma jikkawżax ħsara lis-saħħa tal-bniedem. Skont ir-rapport,…

Barranin

Fil-Brażil, tkompli tisħon il-qiegħa bejn il-President Jair Bolsonaro u l-għaqdiet ambjentali. Dan wara li statistika tal-aġenzija spazjali turi li din is-sena, l-ikbar pulmun fid-dinja . . . l-Amażonja . ….

Barranin

F’Madrid, raġel spiċċa arrestat fuq akkużi li nemmes taħt id-dbielet ta’ aktar minn 550 mara u li ġibdilhom filmati biex tefagħhom onlajn. Ir-raġel huwa Kolumbjan ta’ 53 sena u qed…

Barranin

L-Ispeaker ta’ New Zealand ħa inkarigu mhux tas-soltu meta spiċċa jisqi tarbija waqt xogħol tal-Kamra. L-Ispeaker Trevor Mallard ħa f’dirgħajħ it-tarbija tad-deputat Parlamentari Tamati Coffey, li ħabbar it-twelid ta’ ibnu…

Aktar