Barranin
Putin fi kwarantina

Il-President tar-Russja, Vladimir Putin se joqgħod kwarantina minn jeddu wara li għadd ta’ persuni li jaħdmu qrib tiegħu rriżultaw pożittivi għall-Covid-19.

Putin se jattendi b’mod virtwali għas-summits skedati fil-jiem li ġejjin.

Fir-Russja, fl-aħħar 24 siegħa, rriżultaw 17,837 każ ġdid ta’ Covid-19 u 781 persuna mietu waqt li kienu pożittivi għall-virus.