Barranin
Putin jgħaddi liġi li tista’ tarah jibqa’ jmexxi lir-Russja sal-2036

Il-President Russu Vladimir Putin għadu kemm għadda liġi li permezz tagħha jkun jista’ jerġa’ jikkontesta għal żewġ termini oħra.

Putin ilu mill-2000 imexxi ‘l pajjiż u jekk jiġi kkonfermat għal żewġ termini oħra mhux biss jagħmel sal-2036 fit-tmexxija tal-pajjiż imma jaqbeż lid-dittatur Joseph Stalin li dam imexxi għal 29 sena.

Għalkemm il-liġi l-ġdida tgħid li ċittadini Russi ma jistgħux jagħmlu iktar minn żewġ termini bħala President tal-pajjiż, din ma tgħoddx għat-termini preċedenti.

Dan ifisser li l-erba’ termini li diġà għamel Putin, inkluż dak li qiegħed fih, ma jgħoddux.