Barranin
Putin jgħid li r-Russja żviluppat tilqima konta l-Coronavirus

Il-President Russu Vladimir Putin qal li pajjiżu żviluppa tilqima ġdida kontra l-Coronavirus u li skont hu ngħatat l-approvazzjoni regolatorja f’inqas minn xahrejn li bdiet tiġi ttestjata fuq in-nies umani.

Putin qal li din it-tilqima għaddiet mit-testijiet kollha li kien hemm bżonn, tant li l-istess tilqima ġiet ippruvata wkoll fuq bintu stess. Uffiċjali Russi qalu li qed jippjanaw li jibdew jagħti l-tilqima liċ-ċittadini Russi f’Ottubru li ħej. Esperti iżda qed iqajjmu dubju fuq l-għaġġla li biha saret din it-tilqima.

B’reazzjoni l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ħeġġet lir-Russja biex timxi mal-linji gwida internazzjonali biex tipproduċi din it-tilqima kontra l-virus u li dwar dan kellha diskussjonijiet mal-awtoritajiet Russi. It-tilqima ngħatat l-isem ta Sputnik-V. Sa issa din it-tilqima mhix imsemmija fost is-sitt tipi ta’ tilqim li ġew imsemmija mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u li għaddew minn tlett fażijiet ta’ prova fosthom bi provi fuq il-bnedmin.

Aħbarijiet Oħra

Il-ħajja ta’ aktar minn kwart tan-nies fir-Renju Unit mistennija tkun affettwata minn restrizzjonijiet ġodda li qed jidħlu fis-seħħ f’dawn il-ġranet. Mil-lum residenti ta’ Leeds, Wigan Stockport u Blackpool mhux se…

Il-Gvern illejla ħabbar tisħiħ fil-miżuri ta’ kontinġenza fil-qasam tad-djar tal-anzjani. Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva qal li meta jiġi identifikat każ pożittiv f’dar tal-anzjani, dak ir-resident se jintbagħat fl-isptar Pawlu Boffa…

Ftit tal-jiem qabel il-ftuħ tas-Sena Forensi, il-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis laqqa’ l-Kamra tal-Avukati u l-Aġenżija tal-Qorti. Il-Ministru Zammit Lewis qal li fil-laqgħa ntlaħaq qbil dwar kif se jimxu ‘l…

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 29 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, wara li saru 2,096 swab tests. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li 43 persuna oħra ġew iddikjarati mfejqa, u b’hekk l-ammont…

Aktar