Barranin
Qabad u mbotta tifel 3 sulari għal isfel

Emmanuel Deshawn Aranda ta’ 24 sena qed jiġi akkużat b’attentat ta’ qtil wara li mbotta jew waddab tifel ta’ 5 snin 3 sulari għal isfel.

It-traġedja seħħet f’kumpless tax-xiri f’Minnesota wara li r-raġel fettillu jaqbad tifel li kien qiegħed ma’ familtu fil-kumpless u waddbu 3 sulari għal isfel.

Il-Pulizija kkonfermat li r-raġel għandu xi problemi psikoloġiċi u diġà kellu passat vjolenti fl-istess kumpless meta ħebb għal mara u xi ħaddiema f’stabbiliment tal-ikel wara li dawn irrifjutaw jixtrulu xi ħaġa x’jiekol. Aranda kien ġie mkeċċi u pprojbit milli jerġa’ jidħol fil-kumpless.

Jidher li r-raġel , it-tifel u familtu ma jafux lil xulxin.

Ir-raġel ġie arrestat ftit tal-ħin wara l-inċident mentri t-tifel qed issielet għal ħajtu fl-isptar.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President Russu Vladimir Putin wasal fi Vladivostok għall-ewwel taħdidiet mal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un. Il-Mexxej Kim Jong Un wasal fil-belt Russa lbieraħ permezz ta’ ferrovija. Il-Gvern Russu qal…

Kurżitajiet

L-istilla ta’ Juventus u t-tim nazzjonali tal-Portugall Cristiano Ronaldo approfitta mir-rebħ tal-kampjonat mit-tim tiegħu u għall-Għid mar jiċċelebra mas-sieħba tiegħu Georgina fil-Kroazja. Waqt btala ta’ tliet ijiem f’Dubrovnik, spikka l-lussu…

Saħħa

Mara li sofriet minn ġrieħi serji f’moħħha wara li kienet involuta f’inċident ikrah tat-traffiku fl-Emirati Għarab Magħquda qamet minn koma li kienet fiha għal kważi 3 diċenji. Munira Abdulla kienet…

Barranin

Il-President tal-Filippini Rodrigo Duterte hedded lill-gvern Kanadiż bi gwerra jekk ma jiħux lura l-iskart li bagħtu fil-pajjiż. Mal-2,450 tunnellata skart intbagħtet lejn il-Filippini fl-2013 u l-2014 iżda meta sarulha l-ispezzjonijiet,…

Aktar