
Ġuvni ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li dalgħodu tressaq il-Qorti akkużat li allegatament sforza lit-tfajla tiegħu, li għandha problemi ta’ saħħa mentali, biex ikollha x’taqsam miegħu sesswalment kontra l-volontà tagħha.
Il-ġuvni ta’ 26 sena mis-Siġġiewi wieġeb li mhux ħati li stupra lit-tfajla tiegħu ta’ 19-il sena. Hija rrifjutat li jkollha x’taqsam mal-għarus tagħha, tant li l-ġuvni qabadha minn għonqha u allegatament sfurzaha tagħmel is-sess miegħu.
L-avukat difensur Leslie Cuschieri qal fil-Qorti li lest jitlob għal analiżi tal-istat mentali tal-klijent tiegħu, jekk ma tintlaqax it-talba għall-ħelsien mill-arrest. Huwa rrimarka li l-akkużat jgħix m’ommu u jista’ jitlef l-impjieg tiegħu.
Minkejja dan, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Audrey Demicoli ma tatx il-ħelsien mill-arrest lill-ġuvni sakemm tixhed il-vittma, minħabba r-riskju li jkun hemm ntralċ tal-provi.
Is-sejba mill-Pulizija ta’ disa’ kilogrammi droga kannabis f’karozza fl-inħawi ta’ San Ġwann t’Għuxa f’Bormla wasslu biex Indjan tressaq il-qorti mixli li kien fil-pussess tad-droga kannabis f’ċirkustanzi li juru li ma…
Minħabba l-maltemp u baħar qawwi li se jaħkem fil-jiem li ġejjin, il-Virtu Ferries ħabbret li l-vjaġġi kollha skedati għas-Sibt 14 ta’ Diċembri se jitħassru. Biex tikkumpensa għal dan, il-kumpanija se…
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qalet li ġiet programmata b’suċċess teknoloġija li tidentifika ħela ta’ ilma inkluż serq. Il-Korporazzjoni qalet li issa tista’ tittraċċa min jisraq l-ilma b’mod sistematiku. S’issa, il-prevenzjoni tas-serq…
Fi Ġnien ‘Raymond Caruana’ tal-Gudja ġie mikxuf monument artistiku f’ġieħ il-Madonna taċ-Ċintura. Din iċ-ċerimonja ta’ inawgurazzjoni kienet timmarka tmiem il-programm estensiv ta’ ċelebrazzjonijiet li ġew organizzati matul ix-xhur li għaddew…