Kurżitajiet
BIL-FILMAT: Qabar fi Sqallija jintuża biex fih tinħażen id-droga

Il-Guardia di Finanza qabdet żewġ persuni jaħżnu d-droga f’qabar f’ċimiterju fi Sqallija.

Il-każ seħħ fiċ-ċimiterju ta’ Giarre, villaġġ li jagħmel parti minn Katanja.

Wieħed miż-żewġt irġiel arrestati huwa r-raġel ta’ 55 sena li jieħu ħsieb iċ-ċimiterju. L-ieħor għandu 43 sena.

B’kollox instabu 20 kilo ħaxixa fil-qabar, u 50 kilo moħbija għand iż-żewġt irġiel.

Iż-żewġ persuni nstabu wkoll fil-pussess ta’ 300 gramma kokaina.

L-uffiċjali tal-Guardia di Finanza wettqu r-rejd wara li rċevew informazzjoni ta’ attività suspettuża fiċ-ċimiterju matul il-lejl.