Barranin
Qabda rekord ta’ eroina fl-Awstralja b’valur ta’ kważi €90 miljun

Fl-Awstralja ġiet rappurtata qabda rekord ta’ droga eroina.

Id-droga, li nstabet f’container, kienet tiżen 450 kilo, b’valur ta’ madwar 140 miljun dollaru Awstraljan. Jiġifieri, kważi €90 miljun.

Il-container kien fi triqtu lejn Melbourne mill-Malasja.

Il-Pulizija Awstraljana arrestat lir-raġel li importa d-droga, li ismu baqa’ ma xxandarx.